Wednesday, April 24, 2024

ARA: “Għalissa l-Awtoritajiet tas-Saħħa mhumiex tal-parir li jiżdiedu r-restrizzjonijiet”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bosta jinsabu mħassbin minħabba żieda fil-każi ġodda li qegħdin iwasslu biex il-każi attivi jibqgħu jiżdiedu, anke wara li fl-aħħar sigħat kellna t-tieni l-ogħla rata ta’ każi ġodda sa minn Lulju li għadda.

Talk.mt staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela rigward jekk hemmx informazzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa relatata mal-possibiltà ta’ żieda fir-restrizzjonijiet biex bħala awtoritajiet jissikkaw daqsxejn iċ-ċintorin rigward ċertu attivitajiet anke minħabba żmien il-Milied u l-ewwel tas-sena li jinsabu ftit jiem bogħod.

YouTube video

Il-Prim Ministru wieġeb li sal-ġurnata tal-lum, l-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika mhumiex jagħtu dan il-parir. Abela fakkar li f’pajjiżna minkejja li kien hemm żieda fil-każijiet bħalma qiegħed jiġri fil-bqija tad-dinja, għandna rata ta’ vaċċinazzjoni li hija qawwija ħafna u anke l-proċess biex jingħata l-booster dose għaddej tajjeb ukoll stajna nibqgħu ngħixu ħajja viċin in-normalità.

“Dan kollu nistgħu nżommuh jekk in-nies jibqgħu jirrikorru għall-vaċċin u jekk kulħadd jibqa’ jaġixxi b’mod responsabbli inkluż il-ħarsien tar-restrizzjonijiet li mhumiex ħafna. Insemmi wkoll il-kwistjoni tal-iġene, iż-żamma tad-distanza soċjali u  l-ilbies tal-maskri fejn huwa meħtieġ”, temm jgħid ma’ dan is-sit Abela.

Sport