Sunday, November 24, 2024

Il-Prim Ministru se jattendu Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell

Aqra wkoll

Fil-ħin li ġej il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed iħalli Malta biex jattendi għal Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.

Is-Summit li jibda aktar tard illum u jkompli għada se jkun wieħed informali fejn fih se jiġu diskussi diversi temi li jolqtu lil pajjiżna. Fuq nett tal-aġenda hemm il-kompetittività u s-Suq Waħdieni.

F’dan is-Summit ukoll l-eks Prim Ministru Taljan, Enrico Letta se jkun qiegħed jippreżenta r-rapport li ġie mitlub jagħmel mill-Unjoni Ewropea dwar il-futur tas-Suq Uniku.

Ma jistax jonqos li matul dawn il-jumejn ta’ Summit se tiġi diskussa s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani hekk kif l-Iran fl-aħħar jiem wettaq attakk fuq Iżreal.

Se jkun hemm diskussjoni wkoll dwar l-Ukranja u t-Turkija l-aktar dwar ir-relazzjoni li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi.

Sport