Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ftit tal-ħin ilu tefa’ n-nomina tiegħu biex ikun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dr Abela se jikkontesta fuq it-tieni u l-ħames distrett, l-istess distretti li kkontesta fihom fl-elezzjoni ġenerali tal-2022.
Il-Prim Ministru Robert Abela ntlaqa’ mill-Kummissarju Elettorali Joseph Camilleri fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar.


