Monday, May 11, 2026

Raġel isofri ġrieħi serji wara waqgħa madwar tliet sulari

Aqra wkoll

Raġel li l-identità tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa ġie ċċertifikata li qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ f’toqba f’għoli ta’ madwar tliet sulari.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit li qiegħed taħt kostruzzjoni fi Triq Carini, Santa Venera.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel, kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet u waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport