Saturday, November 23, 2024

Il-Prinċep Harry mistoqsi minn daqsxejn ta’ tfajjel kienx ibigħ is-siġar tal-Milied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prinċep Harry reġa’ fl-aħbarijiet b’rabta ma’ xiri ta’ affarijiet tal-Milied flimkien ma’ martu Meghan Markle.

Ġara li waqt li kien qiegħed jagħżel siġra tal-Milied, daqsxejn ta’ tfajjel inqala minn qalb il-klijenti u staqsih jekk kienx jaħdem fil-ħanut li kien ibigħ affarijiet relatati mat-tiżjin tal-Milied.

Intant f’kummenti li għadda sid il-ħanut qal li hu jħossu onorat li l-prinċep u martu għoġbuhom is-siġar tal-Milied tagħhom u ddeskrivihom bħala koppja dħulija ħafna.

Huwa żied jgħid li l-prinċep ma ddejjaq xejn jinżel għal-livell tat-tifel li lanqas kellu idea ma min kien qiegħed jitkellem u l-istess għal martu.

Sport