Friday, May 3, 2024

Il-Prinċep Karlu proklamat Re Karlu III

Għall-ewwel darba minn żmien Diana jerġa’ jingħata titlu ta’ Prinċipessa ta’ Wales

Aqra wkoll

Aktar kmieni l-Prinċep Charles kien proklamat bħala ir-Re Karlu III.  Wara l-mewt tar-Reġina Eliżabbetta II nhar il-Ħamis filgħaxija,  Karlu sar awtomatikament ir-Re tar-Renju Unit.

Din hi l-ewwel darba fl-istorja li l-proklamazzjoni tar-Re tar-Renju Unit ġiet imxandra b’mod dirett fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni. Ir-Re Karlu III għandu 73 sena hu huwa l-ixjaħ persuna li qatt laħaq Re fl-istorja tar-renju Unit.

F’ċerimonja li saret dalgħodu l-Prinċep William u martu Catherine ingħataw it-titlu ta’ Prinċep u Prinċipessa ta’ Wales mir-Re Karlu III. Din hi l-ewwel darba minn żmien Diana, li qed jerġa’ jingħata dan it-titlu ta’ Prinċipessa ta’ Wales.

Sport