Friday, April 19, 2024

Il-Kunsill Lokali Ħ’Attard u s-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina b’mawra f’Gela

Aqra wkoll

Il-Banda Santa Marija fi ħdan is-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina, fuq stedina mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard għadha kif temmet mawra ġewwa l-Belt ta’ Gela flimkien mal-istess Kunsill Lokali.

Tul din l-aħħar sena il-Kunsill Lokali ħadem fil-qrib mad-Dott. Ivana Legname biex ikun koordinat il-ħsieb li jiġu akkwistati fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex isir ġemellaġġ mal-belt ta’ Gela, post storiku li javvicina ħafna aspetti differenti tal-mod kif ngħixu aħna l-Maltin. Wara li gew akkwistati dawn il-fondi mill-Ewropa, il-Kunsill ħaseb li jibda dan il-ġemellaġġi taħt l-isfond kulturali. Kien għalhekk li wara bosta preparamenti ġie ffirmat il-Protocollo d’Intesa mis-Sindku ta’ Ħ’Attard Stefan Cordina u l-President tal-Komun, s-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina Banda Santa Marija ingħaqdet mal-Kunsill Lokali

IL-Mawra saret bejn is-7 u d-9 ta’ Settembru. Il-kontinġent Malti kien jikkonsisti minn 90 persuna illi telgħu għal dan l-avveniment jirrapreżentaw lill-Pajjiżna u lil Ħ’Attard.

L-Erbgħa 7 ta’ Settembru il-Banda Santa Marija, immexxija mis-Surmast Richard Bugeja tellgħat programm vokali u mużikali bis-sehem tal-kantanta Josephine Ebejer Grech u s-Soprano Rosabelle Bianchi ġewwa l-knisja prinċipali ta’ Gela iddedikata lil Marija Assunta. F’dan il-programm indaqqu diversi siltiet Maltina bħal ‘Xemx’ u ‘l-Aħħar Bidwi’, diversi kompożizzjonijiet tas-Surmast Richard Bugeja fosthom ‘Sinfonietta’ u ‘Innu lil Santa Marija, kif ukoll indaqqew l-Innijiet Nazzjonali ta’ Malta u tal-Italja.

Nhar il-Festa ta’ Santa Marija d’Alemanna, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard Rev. Kan. Joseph Grech ha sehem fiċ-ċelebrazzjoni pontifikali flimkien mal-kleru ta’ Gela. Il-Banda Santa Marija imbagħad flgħaxija ħadet sehem fil-purċissjoni illi għaddiet fil-Belt ta’ Gela fejn daqqet Marċi Brijjużi Maltin. B’sodisfazzjon ninnutaw illi irċevejna diversi tifħir għal wirja tal-banda tagħna, u kif ukoll għall Baned Maltin illi daqqew f’din il-belt fil-passat. Il-Banda Santa Marija kienet akkumpanjat mill-Banda Francesco Renda ta’ Gela waqt il-purċissjoni. Din l-istess banda ta’ Gela kienet daqqet fil-Festa ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard fl-2019 fuq stedina tas-Soċjeta’ Mużikali La Stella Levantina stess.

Sport