Thursday, April 18, 2024

Il-Prinċep ta’ Wales infettat bil-coronavirus

Aqra wkoll

Il-Prinċep ta’ Wales irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Il-Prinċep Charles, li għandu 71 sena, qed juri sintomi ħfief tal-virus COVID-19, u jinsab f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa. Dan kien ikkonfermat minn kelliemi għall-familja Rjali.

Id-dukessa ta’ Cornwall ukoll għamlet testijiet għall-COVID-19, bit-testijiet juru li mhijiex infettata bil-virus.

Il-kelliemi żied jgħid li issa kemm Charles u kif ukoll Camilla jinsabu f’iżolment f’Balmoral fl-Iskozja. Huwa żied jgħid li “mhuwiex possibbli li jkun aċċertat minn min il-Prinċep kien infettat”.

Ekonomija

Sport