Monday, December 9, 2024

Il-produzzjoni ‘Madame Blanc’ terġa tagħżel lil Malta għat-tielet darba

… Se tkun nefqet f’Malta aktar minn €11-il miljun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’Għawdex bħalissa jinsab għaddej il-ġbid tat-tielet staġun tas-Serje Televiżiva Brittanika ta’ seba’ episodji bl-isem ta’ Madame Blanc. 

Il-ħidma fuq din il-produzzjoni bdiet f’nofs Mejju u mistennija tintemm ftit tal-ġimgħat oħra. 

B’kollox hemm crew ta’ 107 persuni b’86 minnhom ikunu Maltin u 21 barrani.

Hekk kif kienu għaddejjin bil-ġbid li se jkun qiegħed juri diversi lokalitajiet madwar Għawdex  

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Kummissarju tal-films Malti Johann Grech żaru s-sett u qasmu kelmtejn mad-diretturi u l-producers li min-naħa tagħhom qalu li kuntenti ħafna bil-prestazzjoni tal-Maltin fi produzzjoni b’baġit f’Malta ta’ ’l fuq minn €5 miljun.

Min-naħa tiegħu Grech qal li bl-istrategija ta’ pajjiżna biex nattiraw kemm produzzjonijiet kbar u kif ukoll oħrajn zgħar, qed nbiddlu l-industrija tal-films f’Malta minn waħda staġjonali għal waħda stabbilita u sostennibli. 

“Illum qed naraw ukoll għal darba oħra produzzjoni li għażlet lil Malta għat-tielet darba, fejn b’kollox ser tkun nefqet f’Malta aktar minn 11-il miljun ewro. L-atturi, l-produtturi u d-direttur urew entużjażmu kbir biex jerġgħu jagħżlu lil Malta fil-produzzjonijiet li ġejjin”, sostna Grech filwaqt li rringrazzja lil crew tas-sapport u d-dedikazzjoni li dejjem urew f’xogħolhom u rrimarka kif l-industrija tal-films mhix piż fuq pajjiżna, iżda hija l-enerġija fuq l-ekonomija tagħna.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Bartolo qal li l-industrija tal-films f’Malta hija waħda b’saħħitha u vibranti. It-triq biex inkomplu niksbu dawn is-suċċessi hija dovuta għal involviment ta’ iżjed ħaddiema Maltin u Għawdxin li qegħdin ikomplu jaħdmu fuq diversi produzzjonijiet matul is-sena kollha. 

“L-għan tagħna jibqa’ dak li nkomplu ninvestu iżjed biex din l-industrija tkompli tikber, tissaħħaħ u tkun fost il-muturi ewlenin tal-ekonomija Maltija,” temm jgħid il-Ministru Bartolo.

Ekonomija

Sport