Wednesday, April 24, 2024

IL-PROĠETT TA’ MARSASKALA

Aqra wkoll

Tmien snin ilu l-poplu Malti u Għawdxi tana mandat biex nagħmlu differenza f’ħajjet in-nies permezz ta’ viżjoni li tassew tiggarantixxi soċjetà inklussiva, li ġenwinament tħares il-ġid komuni u li verament tenfasizza fuq il-futur ta’ pajjiżna. Fuq kollox, il-poplu Malti tagħna mandat biex pajjiżna, u l-familji Maltin u Għawdxin verament jimxu l-quddiem minn l-aspett ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali.

Tul dan it-tminn snin, wettaqna dak li wegħdna permezz ta’ riformi, inizjattivi, proġetti u investiment li tassew għamel differenza f’ħajjet in-nies fosthom l-skema ta’ garanzija marbuta ma’ xiri ta’ proprjetà mħabbra mill-gvern nhar il-Erbgħa li għadda. 

Dan huwa parti minn pjan sħiħ imfassal minn Gvern Laburista biex pajjiżna jkompli jikber, jiġġedded u jissaħħaħ. Biex dan jiġi assigurat, l-gvern vara l-pjan ekonomiku tiegħu għal għaxar snin li ġejjin. Biex dan jintlaħaq, l-Partit Laburista ppreżenta l-mitt (100) idea tiegħu. Bħala parti minn dan il-pjan ta’ ideat għall-futur, il-gvern qed jara li dan il-proċess ta’ tiġdid, titjib u żvilupp jiġi rifless mhux biss fuq livell nazzjonali imma anke f’kull belt u raħal f’Malta u Għawdex. 

L-iżvilupp ta’ Marsaskala ilu jissemma. Il-pixxina ta’ Marsaskala u l-grawnd tal-futbol ġdid f’Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun huma parti mill-pjan imfassal għal dan il-raħal. L-idea tal-marina ġewwa Marsaskala kienet diġa issemmiet kemm il-darba u saħansitra kienet inkluża fil-budget tal-2017. 

Bħal bosta, tlitt snin ilu, esprimejt il-ħsibijiet u r-riservi tiegħi fuq l-proġett. Bħal bosta, però esprimejt l-entużjażmu tiegħi li sa fl-aħħar kien ser isir xi ħaġa biex Marsaskala verament tingħata l-żvilupp li jixraqilha u biex verament jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ dan ir-raħal. 

Però xejn ma sar u bħal ħafna ħsibt li dan il-proġett ma baqax prijorità fuq l-aġenda politika tal-gvern sakemm ftit tal-ġranet ilu reġgħet ħarġet PPQ minn Transport Malta. 

Wara li rajt, smajt u evalwajt, il-pożizzjoni tiegħi fuq dan il-proġett hija ċara. Xi ħaġa jrid li jsir imma ċertament mhux fil-kobor u d-daqs propost. 

Li taħseb f’ upgrade u timmodernizza l-istat li fih qiegħda Marsaskala bħalissa huwa bżonn. Nemmen biss sħiħ illi Marsaskala għandu potenzjal kbir biex jerġa’ jieħu r-ruħ, mhux biss bħala lokalità li għal ħafna hija l-villaġġjatura iżda wkoll bħala destinazzjoni Ewropeja ta’ kwalità u turistika. 

Propju l-aqwa bajjiet natutali li għandna fin-naħa t’isfel ta’ Malta jappertjenu għal Marsaskala. Jien li qattajt tfuliti f’Marsaskala u f’ San Tumas naf verament xi tfisser meta tara telqa waħda wara l-oħra tul din il-kosta.

Kosta naturali, bajjiet sbieħ u aktar u mhux anqas aċċessibbli, u baħar nadif jibqa’ dejjem il-priojorità u fuq quddiem nett. Li nagħtu upgrades u niggeneraw huwa tajjeb bħal ma għamlet TM fuq il-mollijiet ta’ San Tumas, bħal ma’ IM għamlet fit-toroq tal-madwar f’din l-aħħar sena, bħal ma’ għamlet il-kunsill lokali iżda mhux biżżejjed. 

Nemmen pero li kull proġett propost ikun iggwidat mis-sens komun, mill-interess tal-ġid komuni u mill-interess li jkun hemm sostenibbiltà ambjentali, soċjali u infrastrutturali

Ray Abela

Iżda mhux biżżejjed; hemm bżonn ta’ aktar investiment u attenzjoni.

Is-soluzzjoni ghal din il-viżjoni żgur li mhiex biss l-idea tal-marina, iżda firxa wiesa’ ta’ proġetti li sa issa tħallew imwarrba.

Nifhem li hemm kunsens unanimu li Wied il-Għajn u l-madwar, jixraqlu aħjar. Nifhem li naqblu li hemm bżonn ta’ pjan ċar li jindirizza temi primarji f’dan ir-raħal inkluż; l-sfida tal-għargħar; il-magħluq; il-problema tal-parkeġġ; l-infrastruttura tat-toroq fil-lokal; t-tisbieħ tal-kosta ta’ Marsaskala; il-bżonn ta’ aktar żoni ta’ rikrejazzjoni. Nifhem ukoll li lkoll naqblu li wasal iż-żmien li jsir xi ħaġa bil-Jerma. 

L-idea tal-breakwater propost,  jista’ jkun ta’ detriment għaċ-cirkulazzjoni speċjalment meta fit-tarf tal-bajja u fil-magħluq jeħtieġ illi jkun hemm tiġdid tal-ilma kostanti biex ma jrewwaħx. Għaldaqstant l-idea ta’ wave breakers taf tkun aktar ta’ f’postha fiċ-ċirkustanzi. Dan irid iwassal għal studju minn esperti li jridu jaslu għad-deċiżjonijiet finali.

Jekk verament Wied il-Għajn irid isir post turistiku, jekk verament Marsakala trid ssir post ideali bħala residenza għas-sajf, jekk dan ir-raħal verament irid itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Iskalini hemm bżonn ta’ pjan holistiku li jiġġenera l-żvilupp taż-żona. 

F’dan il-kuntest nemmen li l-pjan li jindirizza l-sfidi ta’ Wied il-Għajn u li jiggarantixxi l-iżvilupp tal-post huma essenzjali. 

Naqbel mal-Prim Ministru, Robert Abela li ma nistgħux nibqgħu ngħidu le għal kollox u li xi ħaġa jrid isir Marsaskala. Naqbel mal-Prim Ministru li ma jistax ikun li kull darba li jkun hemm grigalata l-ilma baħar jitla’ fit-triq u għalhekk qal li hemm bżonn ta’ breakwater.

Naqbel ukoll mal-Prim Ministru li ma nistgħux nkunu bħall-Oppożizzjoni li kull idea toqtolha qabel biss tismagħha u li hi kontra kollox u kontra kulħadd. Meta sar hekk intilfet il-fiduċja, intilef l-investiment u tnissel ambjent li wassal għal nuqqas ta’ opportunitajiet u nuqqas ta’ xogħol. 

Nemmen però li kull proġett propost irid ikun iggwidat mis-sens komun, mill-interess tal-ġid komuni u mill-interess li jkun hemm sostenibbilta’ ambjentali, soċjali u infrastrutturali. Nemmen li kull proġett propost għandu wkoll jirrifletti ir-rieda u l-ħtiġijiet tar-residenti. 

F’dan il-kuntest naqbel mal-Prim Ministru li kull idea li tersaq ‘il quddiem trid tħares prinċipji importanti. 

Primarjament, li Marsaskala tkun isbaħ u upgraded. L-aċċess għal bajja, irid jibqa’ garantit u l-partijiet fejn illum isir l-għawm jibqgħu aċċessibbli għan-nies u mhux mittiefsa. 

Iva, kull proposta għandha tkun sensittiva għal ħtiġijiet tar-residenti u l-poplu Malti. Irid ikun hemm konsensus  biex kulħadd iħossu parteċipi f’ dawn id-deċiżjonijiet. 

Kull inzjattiva m’għandiex tkun diskriminatorja imma tħares id-dritt tal-aċċess, tal-użu, u tat-tgawdija. Fuq kollox, kull pjan għandu jhares lejn il-ġenerazzjoni t’għada. 

Jien li kont part mill-100 Idea b’ enfasi fuq il-Futur ta’ Wliedna, nħossni ħafna sodisfatt li ltqajna ma’ ħafna stake holders biex naslu għall-ideat li fassalna flimkien.

L-idea li nikkrejaw proġetti ta’ upgrading hija li nkomplu ninvestu biex uliedna jkollom lokalitajiet u faċilitajiet ahjar minn tal-llum.

Huwa għalhekk Il-pubblikazzjoni tal-PPQ għandu jkoll l-iskop ewlieni li jintlaqgħu proposti għal ideat u li wara konsultazzjoni sħiħa mall-istakeholders involuti inkluż il-kommunità kollha ta’ Skalina inkluż l-għaqdiet, il-kommunità kummercjali u residenti, wieħed għandu jasal għad-deċiżjonijiet. 

Xejn ma’ hemm cast in stone

Niftakru li dan huwa Gvern li dejjem kien viċin in-nies u fuq dan il-proġett għandu jisma’ lin-nies, jiddiskuti man-nies u jimplimenta billi jżomm ir-rieda tan-nies. 

L-Prim Ministru Robert Abela kien car.

Din dejjem kienet il-priorità.

Dan huwa x’naħseb fuq dan il-proġett. Dan huma dak li ġenwinament nemmen huma fl-interess tal-Iskalini u tal poplu Malti kollu. 

Jiena li dan ix-xhar naghlaq sena minn mindu l-Partit Laburista approvani bħala kandidat u membru fil-familja tiegħu, irid li nkun qrib in-nies biex b’interess unanimu ngħid u nisma’ minn nies.

Għalhekk id-deċiżjonijiet tiegħi neħodhom meta jien nkun għamlit il-kuntatt u id-diskussjonijiet man-nies u l-kommunità kollha. 

Nista’ faċilment ngħid li jien kontra jew favur kull tip ta’ żvilupp f’ Marsaskala jew f’xi lokalità oħra; iżda x’ jiswa jekk ir-rieda tal-poplu hi kontra tiegħi?

L-aġenda tiegħi hi waħda, li nara lokalitajiet u l-kwalità ta’ ħajja aħjar għal Maltin u l-Għawdxin.

X’ naħseb jiena personali ma’ jgħoddx.

Sport