Monday, May 20, 2024

Il-proġett taċ-Ċirkewwa mistenni li jkun lest qabel Ġunju

Aqra wkoll

Miexi b’ritmu mgħaġġel ħafna x-xogħol fuq it-triq li twasslek lejn it-terminal taċ-Ċirkewwa. Fil-fatt, dan il-proġett mistenni li jkun lest qabel Ġunju li ġej.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Laburista Amanda Spiteri Grech.

Kien fl-20 ta’ Frar li għadda meta l-Ministru Bonett semma kif il-bini tat-tieni karreġġjata fit-triq bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa mhux se jirrekjedi t-teħid tal-art verġni maġenb it-triq. Il-karreġġjata ġdida se tkun twila żewġ kilometri u se tibda mir-roundabout tal-Armier u tkompli sat-terminal tal-vapur. B’dan il-proġett se jkun organizzat aħjar it-traffiku ta’ madwar it-terminal.

Fil-Parlament, il-Ministru Bonett spjega li dan il-proġett sar ukoll biex jilqa’ għad-domanda kbira li jkun hemm fit-turiżmu lejn Għawdex, b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf. Dan filwaqt li sar ukoll titjib għal min jagħmel użu mir-rota.

“Minħabba t-turiżmu għamilt enfasi illi sal-bidu tas-sajf, ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq iridu jkunu lesti. Nieħu pjaċir niġi hawn u nħabbar li x-xogħol se jkun lest qabel Ġunju li ġej,” tenna l-Ministru Bonett.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport