Friday, December 20, 2024

“Il-proposti mressqin mill-GWU juru s-serjetà tagħha” – Il-Ministru Silvio Schembri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, b’reazzjoni għall-proposti tal-baġit mressqin mill-GWU qal li dawn ma jkunux sempliċiment proposti hekk fil-vojt, imma anke jekk wieħed jara llum id-dettal li jidħlu fihom tara s-serjetà tagħhom.

Schembri qal li s’issa kull diskussjoni li kienet fiha l-GWU uriet li minkejja li din hija union tal-ħaddiema, tifhem il-messaġġ ta’ dan il-gvern li dan m’għandux ikun pajjiż tal-klassijiet fejn il-gvern jaħseb għal rasu, min iħaddem jaħdem għal rasu u l-ħaddiem jaħseb għal rasu.

Il-Ministru qal li meta tara ċertu proposti li jmorru lil hinn minn settur partikolari tista’ taprezza aħjar ix-xogħol tagħha bħala union.

Ekonomija

Sport