Friday, May 3, 2024

‘Inħataf’ l-uniku tifel li salva mill-inċident tal-cable cars

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Prosekuzzjoni Taljani fetħu invesitgazzjonijiet wara li Eitan Biran ġie maħtuf mill-Italja. Eitan, huwa t-tifel ta’ sitt snin li salva minn inċident bil-cable car fl-Italja, l-uniku persuna li salva mit-traġedja. 

F’dan l-inċident huwa tilef lill-ġenituri, lil ħuh li kien għad kellu sentejn  biss u lin-nanniet tiegħu u għaldaqstant huwa spiċċa bla kustodji. Sadanittant, wara li ħareġ mill-isptar, Eitan kien qiegħed taħt il-kustodja taz-zija tiegħu, Aya Biran-Nirko, li tiġi oħt missieru.

Madanakollu, jidher li l-familja ta’ omm iċ-ċkejken, li huma mill-Iżrael, xtaqet li jkollha l-kustodja hi. Jidher iżda li fl-aħħar jiem is-sitwazzjoni eskalat hekk kif nannuh, Shmulik Peleg, ħarab bit-tifel lejn l-Israel permezz ta’ ajruplan privat. 

Skont rapporti jidher li Peleg, wara l-inċident, mar joqgħod l-Italja u  kellu l-permess li jżur lil Eitan iżda dan ma waqqfux milli ‘jaħtaf’ lin-neputi. Diplomatiċi Iżraeljani kkonfermaw li t-tifel kien wasal qawwi u sħiħ fil-pajjiż u biex jivjaġġa ntuża l-passaport Iżraelit li kellu. 

Gali Peleg, oħt ommu, f’Awwissu, kienet bdiet il-proċeduri legali meħtieġa biex tkun tista’ tadottah. Dan filwaqt li bdiet issostni li t-tifel beda jinżamm l-Italja kontra r-rieda tiegħu.

“Aħna ma ħtafniex lil Eitan, iżda ġibnih lura lejn daru,” qalet Peleg fuq 103FM, stazzjon tar-radju Iżraelit. Hija allegat ukoll li l-ġenituri tiegħu xtaqu jmorru lura lejn l-Iżrael qabel ma tilfu ħajjithom. 

Min-naħa l-oħra Aya, fuq il-gazzetta Taljana ‘Corriere della Sera’,  spjegat kif dan l-avveniment huwa traġedja oħra għat-tifel. L-avukat li jirrappreżentaha qal li, “din l-aħbar hija inkwetanti għal ħafna. Inħataf mill-familja li trabba fiha u ‘l bogħod mit-tobba li kienu qed jgħinuh jirkupra mit-trawma.”

Sport