Friday, December 13, 2024

“Il-proposti tal-PL huma proposti immirati għall-kwalità tal-ħajja tan-nies”

Aqra wkoll

Waqt attività politika f’Birżebbuġa, il-Konsulent finanzjarju Steve Ellul iddeskriva l-propost tal-Partit Laburista bħala proposti immirati għall-kwalità tal-ħajja tan-nies.

“Naħseb li dawn il-proposti lli propona l-Partit Laburista fl-ewwel ġimgħa mhumiex biss proposti għall-ekonomija, iżda kif qal tajjeb id-Deputat Prim Ministru, huma proposti immirati għall-kwalità tal-ħajja tan-nies.”

Żied jgħid: “Meta tara ħames proposti li jolqtu liż-żgħażagħ daqs kemm jolqtu lill-pensjonanti, jolqtu lill-ħaddiema daqs kemm min iħaddimhom b’mod pożittiv. Jiena ngħid l-proposta ċentali forsi ta’ €700 fit-tħaddir ta’ dan il-pajjiż, naħseb huma kollha proposti illi jisiltu l-importanza tal-kwalità tal-ħajja.”

Qal: “Dawn il-proposti, fl-opinjoni tiegħi mil-lenti purament finanzjarja, huma immirati biex naċċertaw ruħna biex l-ekonomija ta’ għada tkun aktar moderna, aktar ħadra u ekonomija li tħares l-impenn tal-kwalità tal-ħajja. Il-fatt li l-PL għaqqad €700 miljun investiment fl-ambjent ma’ proposta li fl-opinjoni tiegħi għan-negozji tagħna hija game-changer, it-tnaqqis ta’ 10% f’dak li huwa corporate tax, huwa messaġġ ċar għan-negozji tagħna li din hija d-direzzjoni li rridu mmorru, fejn ikollna negozju li jagħmel il-flus imma li jkun negozju sostenibbli.”

Ekonomija

Sport