Monday, December 23, 2024

Il-Prosekuzzjoni ssostni li Grech sofra passjoni kbira waqt l-aggressjoni

Aqra wkoll

Il-ġuri dwar il-qtil ta’ Simon Grech wasal fl-aħħar fażi tiegħu hekk kif il-prosekuzzjoni bdiet bit-trattazzjoni tagħha dwar il-każ.

Grech huwa t-transgender ta’ 20 sena li nstab mejjet f’għalqa fil-Marsa fil-5 t’April tal-2005.

L-uffiċjali prosekuturi qalu li Grech sofra attakk brutali u li għadda minn passjoni kbira minħabba li kien f’sensih waqt li kienet qed issirlu l-aggressjoni.

Il-prosekuzzjoni, fil-konfront tax-xhieda li kien ta lbieraħ l-espert forensiku Mario Scerri, qalet illi l-ebda espert ma jista’ jkun ċert fejn inqatlet il-vittma għaliex espert ikollu parti żgħira mill-istampa.

Ekonomija

Sport