Tuesday, April 16, 2024

Il-protesti fil-Belarus: Il-Pulizija awtorizzata biex tagħmel użu minn armi letali

Aqra wkoll

Il-Pulizija fil-Belarus ingħataw l-awtorizzazzjoni biex jagħmlu użu ta’ forza letali fil-konfrint tad-dimostranti kontra l-Gvern f’każ li dan ikun neċessarju. Qal dan uffiċjal għoli għall-Gvern tal-pajjiż.

Huwa qal li din id-deċiżjoni ttieħdet b’rispons għal gruppi radikalizzati u vjolenti li jopponu lill-President Alexander Lukashenko.

Intant Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewropej qalu li jinsabu lesti biex jimponu sanzjonijiet kontra l-istess Lukashenko.

Il-Belarus ilha kkaratterizzata minn dimostrazzjonijiet sa minn meta Lukashenko rebaħ l-elezzjoni li żvolġiet f’Awwissu, b’bosta jqisu din l-elezzjoni bħala li kienet ikkaratterizzata minn tbagħbis fil-voti.

L-awtoritajiet tal-pajjiż ġew akkużati bi brutalità u tortura fl-azzjonijiet li qed jittieħdu biex jiġu kkontrollati l-protesti tal-massa.

Ilbieraħ l-Ministru għall-Intern ikkonferma li l-pulizija kienu għamlu użu minn stun grenades u gass tad-dmugħ waqt rallu mhux awtorizzat fil-kapitali, Minsk. Għal din ir-rally attendew numru kbir ta’ pensjonanti.

Ekonomija

Sport