Friday, April 19, 2024

Sophie, il-kelba tad-Dwana, twassal biex jinstabu aktar minn €12,000 fuq passiġġier

Aqra wkoll

Aktar minn €12,000 fi flus kontanti nstabu fuq passiġġier li kien se jaqbad titjira lejn Istanbul. Sophie, il-kelba mit-Taqsima tal-Klieb tad-Dwana, kienet qed tagħmel screening tal-bagalji u l-passiġġieri li kienu qed jistennew biex jitilgħu abbord it-titjira lejn Istanbul meta għamlet indikat passiġġier partikolari u l-bagalji tiegħu.

Meta l-passiġġier kien avviċinat mill-uffiċjali ta’ kontra l-ħasil tal-flus huwa ġie mistoqsi kemm kien qed iġorr flus kontanti, b’dan iwieġeb li kien qed iġorr madwar €8,000.

L-uffiċjali ma kinux konvinti bit-tweġiba tiegħu u fi spezzjoni ulterjuri ġiet elevata s-somma ta’ €12,120.

Sport