Friday, April 19, 2024

Johnson & Johnson twaqqaf temporanjament l-istudji tal-vaċċin wara marda mhux spjegata f’wieħed mill-parteċipanti

Aqra wkoll

Johnson & Johnson qalet li se twaqqaf b’mod temporanju l-istudji tagħha dwar il-vaċċin kontra l-coronavirus wara li wieħed mill-parteċipanti fit-testijiet kliniċi qed isofri minn marda li ma ġietx spjegata.

Din hija t-tieni darba li kumpanija li qed tiżviluppa l-vaċċin kontra l-Covid-19 kellha twaqqaf temporanjament l-istudji tagħha b’rabta mal-vaċċin minħabba raġunijeit ta’ mard.

Il-kumpanija Amerikana qalet li l-marda tal-parteċipant qed tiġi evalwata u li aktar informazzjoni se tkun qed tiġi ppubblikata wara li tiġi konkluża l-investigazzjoni.

“Aħna kommessi li nipprovdu aġġornamenti trasparenti tul il-proċess tal-iżvilupp kliniku tal-vaċċin,” sostniet il-kumpanija.

Filwaqt li t-twaqqif temporanju fit-testijiet fl-aħħar stadji mhumiex rari, il-waqfien ta’ Johnson & Johnson taf tikkontribwixxi biex jikber it-tħassib rigward l-aspett ta’ saħħa fir-riċerka għall-vaċċin, liema riċerka miexja b’pass mgħaġġel.

Dan hekk kif proċessi ta’ żvilupp li normalment jieħdu s-snin ħadu biss ftit xhur fil-każ tar-riċerka għall-vaċċin kontra l-Covid-19, bix-xjentisti jitpoġġew taħt pressjoni minn politiċi biex isibu rimedju fi żmien qasir għall-pandemija.

Sport