Il-Puliziјa bħalissa tinsab għaddeјјa b’investigazzјoni hekk kif kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-2:00a.m seħħet sparatura fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi, fejn jirriżulta li ġew sparati għadd ta’ tiri.
Kelliem għall-Puliziјa kkonferma ma’ dan is-sit li fortunatament ħadd ma’ weġġa’. Ftit tal-ħin ilu, fuq il-post kien hemm taqsimiet tal-Pulizija, inkluż dawk tal-Forensika, biex jiddeterminaw x’wassal għall-isparatura.
Fuq il-post ġiet irmunkata vettura tal-għamla Land Rover, li ġiet elevata mit-taqsima tal-Forensika tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni, hekk kif intlaqtet mit-tiri sparati.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Philip Galea Sciberras.
Aktar dettalјi fil-ħin li ġeј.