Wednesday, July 24, 2024

Attivisti fl-Arġentina rrabjati għall-Gvern minħabba attakk fuq tliet nisa omosesswali

Aqra wkoll

Attivisti fl-Arġentina akkużaw lill-Gvern tal-pajjiż li qajjem omofobija wara allegat reat ta’ mibegħda, fejn fih erba’ nisa omosesswali nħarqu ħajjiin u li konsegwenza ta’ hekk mietu tliet nisa u oħra tinsab fil-periklu tal-mewt.

Midja internazzjonali rrapurtat li sa issa jidher biċ-ċar li raġel ta’ 60 sena allegatment ħaraq xi ħwejjeg fil-kamra tas-sodda tat-tliet nisa lura għas-6 ta’ Mejju kmieni filgħodu.

Dwar l-attakk innifsu, li seħħ fil-5 ta’ Mejju kmieni filgħodu, huwa mifhum li s-suspettat, Justo Fernando Barrientos daħal fid-dar tat-tliet nisa u ħaraq xi ħwejjeġ. Barra minn hekk, huwa mifhum li wara li ħaraq dawn il-ħwejjeġ, hu żamm lit-tliet nisa milli jaħarbu.

Konsegwenza, waħda mit-tliet nisa, hija Pamela Fabiana Cobas ta’ 52 sena li mietet immedjatament ftit tal-ħin wara l-inċident.

Is-sieħba tagħha, Mercedes Roxana Figueroa, li wkoll kellha 52 sena, sofriet ħruq fil-maġġorparti ta’ ġisimha u mietet jumejn wara, hekk kif l-organi ma baqgħux jiffunzjonaw. Ir-raba’ vittma, li hija Sofía Castro Riglos ta’ 49 sena, għadha l-isptar sal-ġurnata tal-lum.

Ekonomija

Sport