Monday, October 28, 2024

Identifikat ir-raġel li miet wara li waqa’ minn fuq ċint f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Ir-raġel li kien miet b’waqa’ minn fuq ċint f’San Ġiljan ġie identifikat bħala Franċiż ta’ 29 sena.

L-inċident seħħ il-Ħamis 2 ta’ Mejju għall-ħabta tal-11.30am. Minn stħarriġ illi sar, kien irriżulta li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jistrieħ fuq ċint.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport