Sunday, November 24, 2024

Il-Pulizija bi twissija dwar persuna li qed jagħmilha ta’ Pulizija biex jiffroda lin-nies

Aqra wkoll

Il-Pulizija ħarġet twissija u ritratt ta’ raġel b’wiċċu mgħotti u liebes qisu ta’ pulizija li qed jipprova jiffroda lin-nies b’telefonati. Ir-raġel qed jagħmel ‘video calls’ minn numri barranin li fih tidher l-arma tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Dan qalitu The Malta Poilce Force permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, li spjegat li l-istess raġel jidher li jkun liebes ukoll simili għall-uniformi tal-Pulizija Maltija.

Meta l-persuni jweġbuh huwa jitlobhom dettalji relatati mal-bank u karti ta’ kreditu.

Il-Pulizija wissiet li t-telefonati mhux qed isiru minnha u għalhekk appellat lill-pubbliku biex jinjorahom.

Sport