Sunday, May 19, 2024

Il-Pulizija b’rejds fir-residenza u fil-klinika tat-tabib ta’ Maradona minħabba suspettat qtil b’negliġenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-prosekuturi Arġentini qed jinvestigaw lit-tabib ta’ Diego Maradona għal dak li jista’ jkun każ ta’ qtil b’negliġenza.

Il-Pulizija fi Buenos Arires għamlu tfittxijiet fid-dar u fil-klinika privata ta’ Leopoldo Luque hekk kif bdiet investigazzjoni biex jiġi magħruf kienx hemm xi forma ta’ negliġenza min-naħa tiegħu.

Fir-rejds li saru bil-ħsieb li jkun hemm stampa aktar ċara tal-aħħar jiem ta’ Maradona f’daru ġew elevati kompjuters, mowbajls u karti relatati ma’ trattament mediku.

L-awtoritajiet qed jissusspettaw li seta’ kien hemm negliġenza fil-mod kif ġie trattat il-plejer wara operazzjoni delikata f’moħħu u li t-trattament li ngħata ma kienx jilħaq l-aspettativi.

Il-plejer leġġendarju miet kawża ta’ attakk tal-qalb fir-residenza tiegħu fejn kien qiegħed jirkupra minn operazzjoni riċenti.

It-tabib min-naħa tiegħu ċaħad li seta’ għamel xi ħaġa ħażina fit-trattamenti tiegħu.

Sport