Saturday, December 21, 2024

Il-Pulizija Franċiża tarresta raġel li ta n-nar u wettaq splużjoni quddiem Senagoga

Aqra wkoll

Il-Pulizija Franċiża qalu li kienu arrestaw raġel li hu suspettat ewlieni li qabbad nirien u jagħmel splużżjoni quddiem senagoga fil-belt ta’ Nimes.

Ikkonferma dan ukoll il-Ministru tal-Intern Franċiż Gérald Darmanin fejn filwaqt li faħħar il-professjonalità li biha mexxew l-affarijiet il-Pulizija, ikkonferma li s-suspett ewlieni jinsab f’idejn il-pulizija.

Il-midja Franċiża qiegħda tirraporta li s-suspettat spiċċa midrub hekk kif il-pulizija kienu kostretti li jisparaw fuqu hekk kif marru biex jarrestawh.

Kien is-Sibt filgħodu meta uffiċjal tal-Pulizija spiċċa midrub fi splużjoni li seħħet fis-senagoga ta’ Beth Yaacov li tinsab qrib sew ir-resort ta’ La Grande-Motte.

Filwaqt li kien qiegħed isir dan l-attakk, fis-senogoga kien hemm ir-rabbi u anke ħames persuni oħrajn li ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Sorsi qrib il-pulizija Franċiża qalu lill-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonli li f’diversi vetturi nstabu diversi ċilindri tal-gass lesti biex jisplodu. Il-Mexxej tal-Komunità Lhudija fi Franza Yonathan Arfi qal li dan l-inċident kien maħsub biex joqtol kemm jista’ jkun Lhud u kien ippjanat fl-istess ħin li mijiet ta’ persuni s-Sibt filgħodu jmorru għat-talb.

Min-naħa tiegħu l-President Franċiż Emmanuel Macron qal li dan l-inċident hu “att terroristiku” li l-Gvern Franċiż qatt mhu se jaċċetta li jsiru affarijiet bħal dawn fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport