Sunday, December 22, 2024

Il-Pulizija tarresta erba’ Taljani li jiffurmaw parti minn ċirku ta’ kriminalità organizzata

Aqra wkoll

Erba’ żgħażagħ Taljani, li allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata jinsabu arrestati, wara li l-Pulizija wettqet ħidma konġunta bejn diversi sezzjonijiet tal-Korp, b’rabta ma’ sensiela ta’ serq, magħruf bħala ‘snatch and grab’ ta’ ġojjellerija minn fuq persuni fi stabbilimenti tad-divertiment.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li s-Sibt li għadda huma ġew infurmati kważi li hemm bżonn l-assistenza fi stabblimenti tad-divertiment f’Ħaż-Żebbuġ u San Ġiljan.

Minnufih il-Pulizija marru fuq il-post u f’’Ħaż-Żebbuġ arrestaw minnufih żewġ ġuvintur, waqt li f’San Ġiljan, ġew arrestati żewġ ġuvintur oħra. Mill-investigazzjonijiet illi saru bejn Branki Speċjalizzati u Distretti, irriżulta li dawn iż-żgħażagħ qegħdin iduru stabbilimenti tad-divertiment fejn ikun hemm rassa kbira.

Ġie spjegat li waqt li jkunu qed jiżfnu man-nies, dawn bdew jaħtfu u jiġbdu ġiżirajjen minn fuq l-għonq tal-vittmi u jaħarbu qalb il-folla.L-erba’ persuni arrestati għandhom 16-il sena, 18-il sena, 21 sena u 24 sena u jgħixu l-Italja.

Huma tressqu l-Qorti matul il-jum tal-Ħadd quddiem il-Maġistrat Dr Nadia-Helena Vella LL.D.Tnejn minnhom ta’ 24 sena u 21 sena ammettew għall-akkużi miġjuba kontrihom u ġew ikkundannati disa’ xhur ħabs u 12-il xahar ħabs effettivi. Dan filwaqt li l-ġuvintur ta’ 16 u ieħor ta’18-il sena wieġbu mhux ħatja u nżammu taħt arrest.

Ekonomija

Sport