Il-Pulizija qed iżżomm 31 persuna li nstabu jgħixu f’Għawdex b’mod irregolari. L-ispezzjonijiet li jsiru regolarment jkunu involuti l-Pulizija minn diversi taqsimiet u l-uffiċjali tad-detenzjoni.
Il-persuni miżmuma huma minn pajjiżi Afrikani, Asjatici u Ewropej u bħalissa qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isir ir-ritorn tagħħom lejn il-pajjiż tal-oriġinu u / jew pajjiż ieħor li jistgħu jirrisjedu fih.
Il-Pulizija, flimkien mal-entitajiet kompetenti, se tkompli twettaq spezzjonijiet immirati madwar il-pajjiż biex tindirizza l-immigrazzjoni irregolari, l-abbuż tal-liġijiet tax-xogħol u lisfruttament ta’ dawn il-persuni.
Malta tibqa’ impenjata li twettaq l-obbligi nazzjonali u internazzjonali tagħha f’dan il-qasam filwaqt li tiżgura l-infurzar tal-liġijiet tagħha b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna.
