Mhemm ebda dubju li fl-aħħar snin rajna qabża ’l quddiem f’dak li hu s-settur
kulturali. Qegħdin naraw rappreżentazzjonijiet u avvenimenti ma
jaqtgħu xejn. Qegħdin naraw ukoll il-kwalità titjieb.
Dan jidher tista’ tgħid f’kull qasam. Anki l-festi u l-każini tal-baned tagħna, illum
minkejja l-isfidi li jeżistu, qegħdin naraw itejbu l-livell tagħhom. B’mod regolari qegħdin naraw għaqdiet mużikali u għaqdiet kulturali oħra jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja.
Għajnuna li hi importanti ħafna biex dawn l-għaqdiet jibqgħu għaddejjin u jsaħħu x-xogħol kulturali li jsir. Illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li dan is-settur għamel qabża kbira fil-kwalità. Qed naraw aktar avvenimenti kulturali li qed jittellgħu
b’mod professjonali għall-aħħar li jħabbtuha sew ma’ avvenimenti li
jittellgħu f’pajjiżi oħra.
Imma mhux l-organizzazzjoni biss. Illum saret komuni, fejn qabel kienet okkażjoni rari, li naraw ismijiet internazzjonali rinomati – f’kull qasam kulturali –
jpaxxu l-udjenza Maltija, tant li dawn l-avvenimenti saru parti integrali mill-kalendarju kulturali Malti u mistennija ferm mill-Maltin.
Ix-xogħol qed ikompli għaddej biex dak miksub ikompli jissaħħaħ. Iva, l-kwalità fil-qasam kulturali għamlet passi ta’ ġgant ’l quddiem bilħidma li qed issir minn dan il-Ministeru.
Il-kwalità u l-professjoni ġġib l-udjenzi. U hekk qed jiġri wkoll f’dan il-qasam. Ix-xhur tas-sajf li għadda kienu mimlijin attivitajiet li ġibdu l-folol. Illum m’għadniex bissitwazzjoni fejn l-udjenza tirrikorri hi biss għall-avvenimenti li jsiru – imma qed naraw li l-kultura qed issir aktar aċċessibbli għall-udjenzi.
Il-kultura qed tittieħed f’nofs l-udjenzi. L-aċċessebilità mhijiex hekk biss. Hija wkoll l-innovazzjoni biex trawwem aktar interess fil-kultura u l-patrimonju Malti. F’din it-triq ittieħdu għadd ta’ inizjattivi. Xi ħaġa li rajna żvilupp fiha f’dan
is-settur hija dik mibnija fuq il-karrieri u l-professjonaliżmu f’dan il-qasam.
Il-Ministeru qed ikompli għaddej ukoll biex jagħti opportunitajiet lill-artist Malti ħalli jkompli jkabbar il-professjonalità fit-talent tiegħu. Imma wkoll dan il-qasam
qed jixpruna aktar karrieri. Aktar opportunitajiet għal dawk li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku, l-artistrija u l-kultura komuni.
U birraġun meta tara l-mod serju ta’ kif qed jitmexxa dan is-settur. Fil-fatt tajjeb li nosservaw ukoll li dan is-settur qed ikompli jitla’ ‘l fuq f’dak li huwa kontribut għall-ekonomija Maltija.
L-investiment kontinwu li qed isir f’dan il-qasam, anki fl-artisti stess qed iwassal biex tkompli tiżded il-professjonalità fis-settur kulturali li jwassal ukoll biex is-settur kulturali jkompli jikkontribwixxi dejjem aktar għall-ekonomija tal-pajjiż.
Iva l-qasam kulturali qed jgħin sew fit-tkabbir ekonomiku. Imma lil hinn minn dan ma nistgħux ma nikkummentawx fuq ilfatt li dan hu settur li kategoriji sħaħ fih huma magħmula minn nies volontarji. Inħarsu lejn għaqdiet mużikali, tal-festi, fondazzjonijiet li jtellgħu festivals u programmi kulturali.
Nemmnu li dawn in-nies volontarji qegħdin jittieħdu wisq qisu xejn mhu xejn. Qegħdin naraw li nqisu li għax qegħdin hemm se jibqgħu hemm. Illum il-volontieri, għandhom pressjonijiet kbar. Il-pass ’l quddiem fil-kwalità ħoloq ukoll
pressjonijiet ġodda fuq l-istess volontieri. Veru li jeżistu opportunitajiet għal fondi, imma veru ukoll li dawn biex tasal għalihom, tapplika u tfassal il-proġetti, jittieħed ammont ta’ ħin u dan dejjem jittieħed minn dak tal-voluntieri.
Illum dawn involuti f’każin tal-banda, festa jew min ikun se jtella’ xi rappreżentazzjoni kulturali bil-voluntieri, jgħidulek li l-ħidma volontarja tant saret intensa li qisha saret xogħol fultajm bl-ammont ta’ ħin li tinvolvi. Wieħed mill-akbar għadu ta’ l-istess volontarjat hi l-burokrazija.
Xi wħud iħossu ukoll li hemm setturi u istituzzjonijiet f’pajjiżna li mhux dejjem jagħtu l-apprezzament mixtieq lil volontarjat. Ma nistgħux ma nistaqsux x’qed isir biex it-tfal li telgħin, jibdew jersqu lejn il-volontarjat? X’qed isir biex inressquhom lejn każini, lejn il-mużika, lejn oqsma oħra kulturali.
Kemm hu tajjeb li nibdew naraw li dawn it-tfal li telgħin nibdew inħeġġuhom jersqu u jikkontribwixxu għal kultura. Fuq kollox ejja ngħiduha kif inhi, il-volontarjat itik sodisfazzjon kbir. M’hemmx dubju li meta tqabbel is-sitwazzjoni tal-lum ma’ dik ta’ ftit snin ilu, tara qabża f’dan is-settur.
U dan qed jinħass sew u tista’ tarah b’għajnejk. Huwa għalhekk li l-Gvern, permezz tal-Ministeru għallKultura, qed ikompli jsaħħaħ b’kull mod possibbli l-investiment, il-professjonalità u wkoll l-aċċessibiltà f’dan is-settur. Investiment li qed jagħti lura l-frott, mhux biss fil-kwalità, imma wkoll riżultat ta’ dan, qed
naraw is-settur parteċipi sew fl-andament ekonomiku tagħna.