Wara l-appell li ppubblikajna lbieraħ, TALK News irċieva mijiet ta’ messaġġi mingħand persuni li offrew l-għajnuna tagħhom lil Carmel, li għaddej minn problemi serji ta’ saħħa u kellu bżonn friġġ biex iżomm il-mediċina tiegħu.
Illum, grazzi għall-ġenerożità ta’ persuna li offriet li tagħtih friġġ, Carmel se jkollu dak li tant kellu bżonn.
Josette Busuttul, f’isem Carmel, irringrazzjat minn qalbha lil kull min offra l-għajnuna tiegħu. Għal darb’oħra, il-poplu Malti wera kemm kapaċi jingħaqad u jkun ta’ spalla għal min ikun għaddej minn żmien diffiċli.
Ġest li għal xi ħadd jista’ jidher żgħir, għal ħaddieħor jista’ jagħmel differenza kbira f’ħajtu.
