Thursday, May 2, 2024

Il-Qatar viċin l-eliminazzjoni

Aqra wkoll

Qatar……….. 1

Senegal……. 3

Il-Qatar huma viċin l-eliminazzjoni meta sofrew t-­tie­ni telfa nfila hekk kif sfaw megħluba mis-Senegal bl-iskor ta’ 3-1.

Dawn tal-aħħar fetħu l-iskor, fil-41 minuta, minn Boulaye Dia wara clearance qasira ta’ Boualem Khoukhi.

Imbagħad tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, iċ-champions Afrikani rduppjaw minn daqqa ta’ ras ta’ Famara Diedhiou.

Is-Senegaliżi baqgħu jiddominaw u resqu viċin minn tentattivi ta’ Ismaila Sarr u Idrissa Gueye.

Iżda, fit-78 minuta reġgħu daħlu fil-logħba minn daqqa ta’ ras ta’ Mohammed Muntari.

Madankollu, sitt minuti mit-tmiem, is-Senegaliżi aċ­ċertaw mir-rebħa minn daq­qa ta’ ras ta’ Bamba Dieng.

Qatar: Meshaal Barsham, Ro-Ro (Tarek Salman 83), Abdelkarim Hassan, Ho­mam Ahmed (Mohammed Waad 83),  Boualem Khoukhi, Karim Boudiaf (Abdulaziz Hatem 69), Ismail Mohammed,  Assim Madibo, Hassan Al Haydos (Mohammed Muntari 74),  Akram Afif,  Almoez Ali – Coach: Felix Sánchez

Senegal: Edouard Mendy, Kalidou Koulibaly, Youssouf Sabaly, Ismail Jakobs (Pape Cisse 78), Abdou Diallo, Idrissa Gueye, Nampalys Mendy, Boulaye Dia, Krepin Diatta (Pathé Cisse 87), Ismaila Sarr (Iliman Ndiaye 78),  Famara Diedhiou (Bamba Dieng 78) – Coach: Aliou Cisse

Referee: Antonio Mateu Lahoz (Spanja)

Assistenti: Pau Cebrian Devis, Roberto Diaz Perez (Spanja)

Ammoniti: H. Ahmed, I. Mohammed, A. Madibo (Q); I. Jakobs, B. Dia (S)

Sport