Thursday, April 18, 2024

Matthew Xuereb, Jemima Farley jirbħu l-ewwel tappa tal-Malta International Challenge Marathon

Aqra wkoll

Il-Malta International Challenge Marathon, ospitata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, u l-unika tellieqa f’Malta mifruxa fuq tlett ijiem reġgħet sabet postha fil-kalendarju lokali tal-ġiri fit-toroq wara assenza ta’ sentejn minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija

Matthew Xuereb u Jemima Farley, li hija atleta skoċċiża ibbażata Malta, ħadu l-ewwel tat-tappa tas-Siġġiewi, li kienet tikkonsisti f’ġirja ta’ 16-il kilometru (10 mil).

Xuereb u Farley kienu l-ewwel żewġ atleti li spiċċaw f’ħin ta’ 0:57:17 u 0:58:37 rispettivament. It-tieni biex spiċċa d-distanza kien Clive Ferrante segwit minn George Said. Cliantha Yasenchack kienet it-tieni mara li spiċċat segwita minn Josianne Cilia Mumford.

Fil-kategorija tat-timijiet tar-relay, Joseph Borg kien l-ewwel li spiċċa.

It-tieni stadju tal-Malta International Challenge Marathon se tkompli għada s-Sibt 26 ta’ Novembru fil-1100 ta’filgħodu f’Marsascala u se tikkonsisti f’ġirja iqsar. Il-ġirja ta’ 5km se tagħti ftit serħan lill-atleti li ser jkunu qedin jippreparaw għall-aħħar tappa tal-Ħadd, in-nofs maratona.

Birkirkara St. Joseph Sports Club jixtieq jirringrazzja lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, lill-marshals, lit-timijiet mediċi u lill-voluntiera għall-għajnuna tagħhom.

Ekonomija

Sport