Monday, May 13, 2024

“Il-qattiela Russi qed ikomplu l-gwerra tagħhom kontra l-bini residenzjali, il-bliet ordinarji u n-nies ċivili”

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky

Aqra wkoll

Minn tal-inqas tliet persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 25 oħra sfaw midruba f’Kryvyi Rih, il-belt li fiha twieled il-President Ukren Volodymyr Zelensky, f’attakk bil-missili mill-armata Russa. L-attakk kien ikkonfermat dalgħodu stess minn uffiċjal Ukren.

F’kitba li qasam il-President Ukren fuq il-pjattorma Telegram huwa ddeskriva dan l-attakk bħala “iżjed missili terroristiċi” u saħaq li “l-qattiela Russi qed ikomplu l-gwerra tagħhom kontra l-bini residenzjali, il-bliet ordinarji u n-nies ċivili”.

Serhiy Lysak, il-Kap tar-Reġjun, fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu qal kawża ta’ dan l-attakk ż-żona tal-madwar nħakmet min-nirien u saħansitra kien hemm binja residenzjali ta’ ħames sulari li ġarrbet ħsarat.

Fuq il-pjattorma Telegram huwa kompla jgħid li l-operazzjonijiet tas-salvataġġ għadhom għaddejjin.

Sport