Friday, April 26, 2024

Il-Qorti tilqa’ t-talba biex ġenituri jkollhom aċċess għat-tfal permezz ta’ mezzi elettroniċi

Aqra wkoll

Il-Qorti laqgħet it-talba tar-rikors mressaq ilbieraħ li jkopri dawk il-persuni li huma taħt il-kura tal-Istat, jiġifieri tfal li għandhom care order. Il-Ministru Falzon qal li permezz tar-rikors kienu qed jitolbu lill-Qorti biex tawtorizza l-makkinarju u li t-teknoloġija qiegħda f’postha biex tassigura li dawk il-persuni li għandhom aċċess għat-tfal, se jsir u jibqa’ jsir taħt superviżjoni imma jsir b’mezzi elettroniċi.

Il-Ministru Falzon qal li sfortunatament kien hemm każijiet fejn in-nies użaw din is-sitwazzjoni preżenti biex b’xi mod jew ieħor iċaħħdu lill-partner l-ieħor milli jkun hemm aċċess għat-tfal.

Il-Ministru rringrazzja lill-Qorti tad-deċiżjoni tagħha. Ilbieraħ il-Ministru Falzon enfasizza li t-tfal m’għandhomx ikunu arma bejn il-ġenituri filwaqt li huwa att kriminali li wieħed ma jagħtix aċċess għat-tfal u li dan jista’ jaffaċċja azzjonijiet kriminali.

Sport