“Il-qtugħ ta’ dawl li esperjenzjana riċentament juri l-ħtieġa ta’ ppjanar fit-tul.” Hekk iddikjara Daniel Borg Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozju Għawdxin meta mitlub jikkummenta dwar dak li qiegħed iseħħ f’pajjiżna minħabba s-sħana kbira li qegħdin nesperjenzaw.
Borg kompla jgħidilna li “ż-żidiet fil-popolazzjoni, kemm permanenti u dawk temporanji, flimkien ma’ sħana fit-tul li hu persistenti minħabba t-tibdil fil-klima jagħmlu urġenti l-bżonn ta’ ppjanar fit-tul.
“Għawdex mhux eżenti minn din is-sitwazzjoni. Dawn huma sitwazzjonijiet li ha nkomplu naffrontaw u għalhekk hemm il-ħtieġa li nkunu iktar reżiljenti u ppreparati.”
