CRYSENCIO SUMMERVILLE – Il-club tal-Arabja Sawdija, Al-Hilal, aċċetta ftehim ta’ £60 miljun biex jiffirma lill-winger internazzjonali Olandiż, Crysencio Summerville, 24 sena, mingħand West Ham. Huwa se jsirlu l-eżami mediku wara li ftehim ta’ £55 miljun inizjali u £5 miljun f’żidiet oħra ġie aċċettat mill-Hammers nhar it-Tlieta wara nofsinhar. West Ham se jżommu lill-manager Nuno Espirito Santo hekk kif fl-istaġun li ġej se jippruvaw jiksbu l-promozzjoni lura għall-ogħla diviżjoni.
JOHN STONES – Chelsea huma interessati li jiffirmaw lid-difensur tal-Ingilterra, John Stones, 32 sena, wara t-tluq tiegħu minn Manchester City. It-team ta’ Londra ngħaqad ma’ Inter biex jakkwista lill-player li sar aġent ħieles meta skada l-kuntratt tiegħu mas-City fl-aħħar ta’ Ġunju. Chelsea qegħdin ukoll f’taħditiet biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Crystal Palace, Maxence Lacroix, 26 sena, filwaqt li qed ifittxu għażliet oħra fis-suq, inkluż Jacobo Ramon, 21 sena, ta’ Como.
CARLOS BALEBA u ALEX SCOTT – Manchester United għadhom ħerqana li jiffirmaw midfielder ċentrali iżda naqqsu l-interess tagħhom fl-internazzjonali tal-Kamerun u Brighton, Carlos Baleba, u fil-player minn Guernsey ta’ Bournemouth, Alex Scott, it-tnejn 22 sena, minħabba l-prezzijiet għoljin tagħhom. Bournemouth huma determinati li jżommu lil Scott, li qed jinteressa wkoll lil Arsenal, anke jekk l-internazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena rrifjuta kuntratt ġdid maċ-Cherries li issa sar magħruf li rrifjutaw offerta ta’ £64 miljun mingħand Chelsea.
ALEJANDRO GARNACHO – Aston Villa jinsabu f’taħditiet avvanzati biex jiffirmaw lill-winger, Alejandro Garnacho, 21 sena, b’self, b’obbligu potenzjali li jixtruh. Chelsea qegħduh għall-bejgħ għal £43 miljun ix-xahar li għadda, iżda l-club huwa miftuħ għal trasferiment li jista’ jarah jitlaq b’mod permanenti, taħt ċerti kundizzjonijiet, anke jekk inizjalment jieħu l-forma ta’ self. Dan isegwi r-rekord ta’ £117-il miljun għal Morgan Rogers mingħand il-Villa nhar is-Sibt filgħaxija.
MARCUS RASHFORD – Tottenham, Chelsea u Arsenal qed jippjanaw trasferiment għall-attakkant internazzjonali tal-Ingilterra u Manchester United, Marcus Rashford, 28 sena, iżda l-ġerarkija ta’ Old Trafford ma tridx tbigħu lil club Ingliż ieħor. Huwa lagħab fit-Tazza tad-Dinja u għalkemm ma kienx regolari kellu logħbiet sodisfaċenti.
EMILIANO MARTINEZ u EZRI KONSA – Il-goalkeeper Arġentin ta’ Aston Villa, Emiliano Martinez, 33 sena, huwa mira għal Juventus filwaqt li Arsenal huma interessati fid-difensur Ingliż tal-Villans, Ezri Konsa, 28 sena. Sadantittant, Martinez qal li qed jaħsibha jekk jirtirax mit-team nazzjonali.
OUSMANE DIOMANDE – Nottingham Forest jinsabu f’taħditiet avvanzati biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Sporting CP u l-Ivory Coast, Ousmane Diomande, 22 sena.
JEAN-CLAIR TODIBO – Id-difensur ċentrali Franċiż ta’ West Ham, Jean-Clair Todibo, 26 sena, qed jinteressaw ruħhom fih Juventus.
DAIZEN MAEDA – Ipswich Town qablu fuq ftehim fil-prinċipju biex jiffirmaw lill-attakkant Ġappuniż ta’ Celtic, Daizen Maeda, 28 sena, għal £8 miljun flimkien ma’ £2 miljun f’żidiet oħra.
JAMES OVERY – Id-difensur Awstraljan ta’ 18-il sena ta’ Manchester United, James Overy, qed jiġi osservat mill-Iskoċċiżi Rangers u diversi clubs Awstraljani.




