Tuesday, December 24, 2024

Il-UEFA tbiddel ir-regoli fuq il-kuntratti fit-tul

Aqra wkoll

Il-UEFA kkonfermat li ħlas ta’ trasferiment jista’ jinfirex biss fuq massimu ta’ ħames snin ta’ kuntratt inizjali ta’ player.

Ir-regolament il-ġdid, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju, isegwi x-xejra tal-avvenimenti reċenti ta’ Chelsea li jiffirmaw players b’kuntratti fit-tul.

Numru ta’ players ġew iffirmati għal ftehimiet bħal dawn b’Enzo Fernandez u Mykhailo Mudryk jingħaqdu b’kuntratti ta’ tmien snin u nofs f’Jannar.

Ir-regoli l-ġodda mhux se japplikaw retroattivament għat-trasferimenti.

Preċedentement aktar ma kien itwal kuntratt, iżgħar kienu jiġu rreġistrati l-ħlasi­jiet annwali fil-kontijiet tal-club. Għalhekk l-iffirmar ta’ £89 miljun ta’ Mudryk se jkun     stmat għal £11-il miljun fis-sena matul il-kors tal-kuntratt tiegħu.

Il-clubs xorta se jkunu jistgħu joffru offerti itwal skond ir-regoli tal-assoċjaz­zjoni nazzjonali, iżda mhux se jkunu jistgħu jtawlu l-miżati tat-trasferimenti lil hinn mill-ewwel ħames snin.

Jistgħu jferrxu l-ispiża fuq estensjoni tal-kuntratt, iżda l-estensjoni ma tistax tkun aktar minn ħames snin.

Il-UEFA qalet li r-regoli l-ġodda se jiżguraw “trattament ugwali tal-clubs kollha u jtejbu s-sostenibbiltà finanzjarja”.

Ekonomija

Sport