Friday, April 26, 2024

Kai Havertz jingħaqad ma’ Arsenal

Aqra wkoll

Arsenal ħabbru li ffirmaw il-midfielder internazzjonali Ġermaniż, Kai Ha­vertz, mingħand Chelsea. 

Dan il-player ta’ 24 sena ingħaqad mal-Pensioners fl-2020 mingħand Bayer Le­verkusen iżda se jibda avventura mal-club fin-naħa l-oħra ta’ Londra taħt it-tmexxija tal-coach Mikel Arteta.  

Havertz lagħab 139 partita kompetittiva għall-Blues, skorja 32 goal u pprovda 12-il assist.

Diversi rapporti sostnew li l-midfielder iffirma ftehim ta’ ħames snin u se jaqla’ £210,000 fil-ġimgħa, fl-Emirates Stadium. In-negozjati għat-trasferiment tiegħu ma kinux faċli hekk kif Chelsea rrifjutaw l-offerta inizjali tal-Gunners.

Il-Blues ma kinux lesti li jħallu lill-Ġermaniż jitlaq għal inqas minn £60 miljun iżda aċċettaw it-tieni offerta ta’ Arsenal għal dik ta’ £65 miljun.

Havertz se jibqa’ mniżżel bħala player leġġendarju fl-istorja ta’ Chelsea wara li skor­ja l-goal fir-rebħa ta’ 1-0 fil-finali tal- UEFA Champions League kontra Manchester City, f’Mejju 2021.  

Sport