Friday, April 26, 2024

Mourinho sospiż għall-ewwel 10 ijiem tal-istaġun li ġej

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Roma, José Mourinho, ġie sospiż 10 ijiem bħala kastig għall-kummenti li għamel fuq ir-referee Daniele Chiffi.

Mourinho, 60 sena, qal li Chiffi kien “l-agħar referee li ltqajt f’ħajti” wara l-partita kontra Monza tat-3 ta’ Mejju. Il-Portugiż ġie mmultat ukoll €50,000.

L-FA Taljana qalet li Mourinho se jservi “10 ijiem ta’ skwalifika li jibdew mill-ew­wel jum tal-kampjonat rilevanti li jmiss”.

L-eks manager ta’ Chelsea, Real Madrid, Inter u Manchester United, ikkritika lil Chiffi wara li keċċa lil Mehmet Zeki Celik ta’ Roma sitt minuti fil-ħin miżjud fi tmiem id-draw ta’ 1-1 tas-Serie A fil-U-Power Stadium.

Mourinho, li rċieva karta safra fil-partita, żvela li kien liebes mikrofonu biex “jipproteġi” lilu nnifsu.

L-istaġun li għadda kien wieħed imqalleb fuq il-linja għal Mourinho, li rċieva tliet karti ħomor għal tilwim ma’ uffiċjali, fost-­hom waħda minn Chiffi fit-telfa kontra Atalanta f’Settembru.

Roma spiċċaw fis-sitt post fis-Serie A u kienu runners-up fl-Europa League, fejn tilfu kontra Sevilla bil-penalties.

L-istaġun il-ġdid tas-Serie A għandu jibda fi tmiem il-ġimgħa, 19 u 20 ta’ Awwissu.

Fil-jiem li ġejjin se jittellgħu l-poloz.

Sport