Sunday, December 22, 2024

“Il-vaċċin huwa s-soluzzjoni” – il-PM Robert Abela

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-istess stqarrija ministerjali, il-Prim Ministru qal ukoll li d-diskussjoni ffukat ukoll fuq il-pandemija tal-Covid-19 hekk kif numru ta’ pajjiżi qed jaraw żieda fl-infezzjonijiet u kellhom idaħħlu diversi miżuri inkluż lockdown biex jikkontrollaw in-numri. 

“Bħala mexxejja sħaqna fuq l-importanza ta’ programm ta’ vaċċinazzjoni li huwa effettiv. Qsamt l-istorja ta’ suċċess ta’ Malta f’dan ir-rigward fejn pajjiżna għandu wkoll l-ogħla rata ta’ vaċċinazzjoni u ninsabu fuq quddiem nett fil-programm ta’ boosters tal-istess vaċċin,” qal Dr Abela. 

“Għalhekk, intenni l-appell tiegħi lil dawk li għadhom ma ħadux il-vaċċin biex jeħduh mill-aktar fis u biex dawk li waslu għall-booster jilqgħu din l-istedina wkoll. Il-programm ta’ vaċċinazzjoni huwa l-aktar arma kruċjali fil-ġlieda tagħna kontra l-pandemija. Il-vaċċin huwa s-soluzzjoni.”

Dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, il-Prim Ministru qal li: “qbilna li dan se jwassal għal tkabbir ekonomiku, impjiegi ġodda u żieda fil-kompetittività filwaqt li tissaħħaħ is-sovranità diġitali b’mod determinat u miftuħ. Dan se jiffaċilita tranżizzjoni għal futur aktar sostenibbli u reżiljenti.”

Il-Prim Ministru qal ukoll li saru diskussjonijiet formali dwar is-saltna tad-dritt fl-isfond li ġara fl-aħħar sentenzi li ngħataw mill-Qorti Kostituzzjonali fil-Polonja, li ddeċidiet li l-Kostituzzjoni Pollakka hi suprema u tipprevali fuq il-liġijiet Ewropej. 

“Kien suġġett jaħraq iżda d-diskussjoni saret fi spirtu kostruttiv. Sodisfatt fuq it-tema tas-saltna tad-dritt Malta llum hi meqjusa bħala eżempju pożittiv,” temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela.

Ekonomija

Sport