Saturday, December 21, 2024

Il-vaċċin tal-Pfizer effettiv kontra l-varjant il-ġdid tar-Renju Unit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar testijiet li komplew għaddejjin fil-laboratorji ta’ Pfizer, jidher li l-vaċċin huwa effettiv ukoll kontra l-varjant tal-Covid-19 li kompla jinfirex fir-Renju Unit.

Dan ir-riżultat huwa inkoraġġanti huma meħudin minn analiżi li daret fuq id-demm li ttieħed minn testijiet li saru fuq parteċipanti li qed jgħinu f’analiżi aktar estensiva minn dik ppubblikata mill-kumpanija l-ġimgħa li għaddiet.

Il-ġimgħa li għaddiet, Pfizer qalet li skont studju li sar f’wieħed mil-laboratorji tagħhom jidher li l-vaċċin huwa effettiv kontra mutazzjoni partikolari tal-N501Y. Din il-mutazzjoni hija komuni li tiġi trasmessa fil-varjanti li qed jinfirxu fir-Renju Unit u fl-Afrika t’Isfel.

Dan l-aħħar studju li għad irid jiġi rivedut sar fuq 10 mutazzjonijiet li huma karatteristiċi tal-varjant magħruf bħala B119 identifikat fir-Renju Unit.

Ekonomija

Sport