Matul l-aħħar ġimgħat tal-pandemia dan is-sit kompla jwassal il-messaġġi ta’ kuraġġ u appelli mingħand ħaddiema minn numru ta’ setturi b’mod speċjali frontliners.
Dan is-sit tkellem fost l-oħrajn mal-edukattriċi Fiona Schembri mill-iskola Primarja tal-Imġarr li ammettiet li għall-ewwel, bħala edukaturi kienu kemmxejn beżgħana.
Spjegat li l-inċertezzi u l-biża’ mhux faċli tneħħihom minn moħħok f’istituzzjoni bħalma hija skola li tara tfal ġejjin minn kull naħa tal-pajjiż, ulied ġenituri li jaħdmu f’postijiet varji. Minkejja dan hija sostniet li meta tiftakar fl-istudenti tagħha, li għalkemm huma ta’ età żgħira, kapaċi jadattaw, jifirħu u jieħdu gost bl-iktar affarijiet sempliċi timtela bil-kuraġġ.
L-iskola wkoll għenet biex bħala edukaturi jħossuhom aktar siguri fuq il-post tax-xogħol u dan kien possibbli billi ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha u l-protokolli ġew osservati b’reqqa kbira.