Monday, December 9, 2024

Minn 99 pazjent fuq il-ventilator mietu 40

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kważi erba’ persuni minn kull 10 li tpoġġew fuq il-ventilator minħabba l-Covid-19 mietu meta kellhom il-virus.

Dan ħareġ mit-tweġiba li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta lid-deputat Godfrey Farrugia.

Farrugia xtaqt ikun jaf xahar b’xahar kemm pazjenti tpoġġew fuq il-ventilator fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u kemm minnhom tilfu ħajjithom.

Mit-tweġiba ta’ Fearne jirriżulta li kien hemm 99 persuna li tpoġġew fuq dan il-makkinarju biex jgħinhom jieħdu n-nifs li minnhom mietu 40.

Ħarsa xahar b’xahar turi li f’Marzu kien hemm sitt persuni fuq il-ventilator, f’April erbgħa, f’Mejju u Ġunju wieħed kull xahar, f’Lulju ħadd, f’Awwissu ħamsa, f’Settembru 12, f’Ottubru 26, f’Novembru 24 u f’Diċembru 20.

Mil-lat ta’ mwiet bejn Marzu u Lulju ma miet ħadd, f’Awwissu tlieta, f’Settembru sitt, f’Ottubru u f’Novembru 11 kull wieħed u f’Diċembru disgħa.

Farrugia staqsih ukoll x’inhuma l-aktar erba’ ‘co-morbidities’ ta’ dawk il-pazjenti f’termini ta’ persentaġġ li kellhom il-Covid19 fl-2019 u ta’ dawk li mietu minn din il-marda fl-istess sena.

Fearne wieġbu li fl-2019 ma kien hemm l-ebda persuna f’Malta li kellhom il-Covid19 u għalhekk ma kien hawn ebda mewt.

Ekonomija

Sport