Il-vandaliżmu f’pajjiżna huwa att li kulħadd għandu jistmerr. Xi drabi s-sens egoistiku jwassal ukoll biex jitfa’ lil ħaddieħor fil-periklu speċjalment fejn jidħlu sinjali tat-toroq u tat-traffiku.
Donnu li ċertu vandaliżmu jsir apposta u għall-gost kif jixhed dan ir-ritratt meħud mill-fotografu tagħna Roger Azzopardi fl-inħawi ta’ Manoel Island u l-Gżira, fejn l-iskrizzjoni fuq it-tabelli ġew kważi mgħottija kollha bi stickers mingħajr l-iċken ħsieb tal-messaġġ li dawn l-istess sinjali kienu qed iwasslu.
Is-sens ċiviku jitlob aktar responsabbiltà fejn jidħlu sinjali li jkunu qed javżaw lill-pubbliku b’ċertu perikli li jistgħu jinstabu fil-post.