Saturday, December 28, 2024

Il-vawċers għandhom ikunu ta’ €10 u jonqos l-inkonvenjent biex jinġabru mill-anzjani – l-Għaqda Pensjonanti tal-GWU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li fir-rapporti tal-midja ntqal li l-Gvern jista’ jerġa’ jagħti vawċers, l-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers’ Union kitbet lill-Ministru l-Onor Silvio Schembri, fejn talbitu li kemm-il darba l-Gvern ikun ser jerġa’ joħroġ skema oħra ta’ vawċers, dawn għandhom ikunu ta’ €10 biex b’hekk l-anzjani jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar minnhom speċjalment dawk l-anzjani li qegħdin weħedhom.

Barra hekk, l-Għaqda talbet ukoll li biex meta jiġu biex jinġabru dawn il-vawcers, ma jerġax ikun hemm inkonvenjent ieħor għall-anzjani, u għandhom jiġu utilizzati l-uffiċini tal-Kunsilli Lokali, fejn m’hemmx uffiċini tal-MaltaPost.

Ekonomija

Sport