Wednesday, March 27, 2024

Jinħadmu l-ewwel maskri bijodegradabbli … jispiċċaw f’massimu ta’ sitt xhur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara tħassib rigward l-impatt tal-maskri protettivi tal-Covid-19 li jintremew wara ċertu ammont ta’ sigħat ta’ użu, issa jidher li d-dinja riesqa lejn soluzzjoni.

Huwa stmat li ta’ kull xahar jintużaw madwar 194 miljun maskra u ngwanti li jintlibsu darba biss qabel jintremew.

Kumpanija fi Franza ħarġet b’din is-soluzzjoni għal din il-ħsara ambjentali permezz ta’ produzzjoni ta’ maskri magħmulin mill-pjanta hemp.

Frédéric Roure, il-fundatur u tal-kumpanija Géochanvre tkellem ma Reuters u qal li dawn il-maskri jistgħu jinbidlu faċilment f’kompost, filwaqt li s-sapport li żommha f’postha hija magħmula minn materjal riċiklabbli.

Huwa żied jgħid “poġġi din il-maskra fil-ħamrija u sa massimu ta’ sitt xhur tinbidel f’ikel għall-insetti”.

Ekonomija

Sport