Saturday, December 21, 2024

Il-verità fuq it-tfal li jgħixu fid-‘Donbass’ 

Jikteb l-Ambaxxatur għar-Russja f’Malta, Andrey Lopukhov

Aqra wkoll

Il-midja tal-Punent qiegħda b’mod attiv titkellem dwar id-destin tat-tfal li qegħdin jgħixu fit-territorji affettwati bl-ostilitajiet fl-Ukrajna u li issa spiċċaw fir-Russja. Din hu suġġett fertili  għal dawk li huma surmastrijiet biex jirkbu fuq is-sentimenti umani. Tabilħaqq, liema persuna normali tkun indifferenti għad-destin tat-tfal? U taħt l-iskuża ta’ messaġġi u slogans dwar il-moralità, dawn it-talin imbagħad jippruvaw jimmanipulaw l-imħuħ tan-nies. Dan jagħmluh billi jiffabbrikaw aħbarijiet u jxerrdu akkużi foloz. 

Jibbażaw kollox fuq il-verżjoni falza ta’ Kiev, jiġifieri dik li dawn it-tfal spiċċaw deportati u miżmumin fir-Russja mill-forza. Qegħdin jitkellmu b’mod li s-salvataġġ ta’ persuni li jsibu ruħhom f’territorju ibbumbardjat mill-armata Ukrena, hu dikjarat reat. 

Sfortunatament, minn żmien għal ieħor, naraw ukoll pubblikazzjonijiet simili f’Malta. Għalhekk nixtiequ nwasslu lill-qarrejja tagħkom, informazzjoni oġġettiva dwar il-miżuri meħudin mir-Russja għas-sigurtà, il-ħajja u l-benesseri tat-tfal evakwati mid-Donbas. 

X’inhi r-realtà?  Ejja ngħidu mill-ewwel li l-istorja tad-Donbas fl-aħħar disa’ snin hi waħda ta’ tbatija umana u ħajjiet li spiċċaw imfarrkin. Kull tel ta’ ħajja hi  telfa irreparabbli. Biss meta tinvolvi t-tfal din hi traġedja. 

Il-gwerra fid-Donbas bdiet fis-sena 2014. Inbdiet mill-awtoritajiet ta’ Kiev, li ħadu l-poter wara kolp ta’ stat u din il-gwerra affettwa l-aktar it-tfal li jgħixu fir-reġjun.  Matul dawn it-tmien snin, mijiet ta’ tfal spiċċaw maqtulin u eluf oħra midrubin.  L-iżgħar vittma ta’ l-aggressjoni Ukrena kellu biss 27 sena.  L-‘Alley of Angels’, monument f’Donetsk li jikkommemora it-tfal kollha li inqatlu jissimbolizza it-tbatijiet li sofrew dawn it-tfal fl-aħħar snin.  Anki l-istimi modesti mill-OHCHR, juru li aktar minn 3,000 persuna ċivili fosthom 152 tfal inqatlu fid-Donbass bejn is-sena 2014 u Diċembru tas-sena 2021.

Bħalissa dan l-ammont ta’ vittmi qiegħed ikompli jikber b’rata mgħaġġla. Dan qed isir minħabba provvisti u kunsinni ta’ armamenti fosthom artillerija mill-pajjiżi tal-Punent. Dawn huma armamenti  għal distanzi tal u għalhekk il-Forzi Ukreni jistgħu jolqtu żoni paċifiċi li qabel ma setgħux jilħqu. 

It-tfal imutu bil-bumbardamenti tal-artillerija u mill-isparar tal-isnipers. It-tfal imutu minn mini li jisplodu, liema mini tpoġġew minn suldati Ukreni lura għas-snin 2014-2015, fil-mogħdijiet tal-foresti u anke ħdejn żoni fejn ikun hemm l-ilma. It-tfal jirfsu dawk li jissejħu ‘Lepestok Mines’, li l-forzi Ukreni tefgħu f’żoni ċivili.

Ma rridx nidħol fid-dettalji ta’ din il-gwerra bla ħniena u fit-tul li r-reġim ta’ Kiev ilu għaddej biha kontra ir-residenti ċivili fid-Donbas u dan sempliċiment għax riedu jżommu l-identità tagħhom. Ngħidu biss li għal snin sħaħ, saru reati u għadhom isiru, u dan quddiem għajnejn il-kommunità dinjija jew aħjar id-dinja tal-Punent. Dawn bl-indifferenza tagħha, ilhom jiċħdu għal disa’ snin sħaħ id-dritt tal-ħajja lir-residenti fid-Donbas.

Ngħidu ukoll li dawn it-tfal sfaw vittmi ta’ politika ta’ qtil ta peruni ta’ l-istess familja minn Kiev u tal-ambizzjonjiet ġeopolitiċi ta’ dawk li appoġġjawha u għenuha.  Din it-traġedja setgħet tiġi evitata. Dan seta’ jseħħ kieku ir-reġim ta’ Kiev implementa il-ftehimiet ta’ Minsk u waqaf jiġġieled kontra in-nies li jgħixu fid-Donbas li jitkellmu bir-Russu.  Din it-traġedja ma’ kinitx isseħħ kieku l-Istati tal-Punent appoġġjaw il-ftehim ta’ Minsk mhux bil-kliem biss imma bil-fatti u mhux użaw bħala ‘cover up’ biex jippreparaw ir-reġim ta’ Kiev għal aktar aggressjoni fid-Donbas.

Għal dawn is-snin kolla, ir-Russja kienet ilha titlob lill-kommunità internazzjonali biex tagħti attenzjoni għas-sitwazzjoni ta’ anarkija li kienet ikkawżata mir-reġim ta’ Kiev stess. Darba kull 12-il xahar, fl-anniversarju tal-iffirmar tal-ftehimiet ta’ Minsk, ir-Russja qajmet il-każ fil-UNSC. F’dan l-Ukrajna kienet tintalab timplimenta dak miftiehem. Kollox iżda kien għalxejn. 

Sal-bidu tas-sena 2022,  Zelensky kien irċieva karta blanche mill-punent u li hu kien tela’ fil-poter bl-għajta ta’ rikonċiljazzjoni mad-Donbas, kienu twarrbu l-wegħdi elettorali u ma baqax iħossu li hu neċessarju aktar li jaħbi verament il-pjani veru tiegħu. Kien biss pass bogħod milli jwettaq attakk militari biex jirbaħ bil-forza ċittadini li jitkellmu bir-Russu. Kienet operazzjoni speċjalizzata mir-Russja li waqqfet din it-theddida.

Bil-għan li jiġu salvati il-ħajjiet taċ-ċittadini u tat-tfal, l-LPR u d-DPR kienu ħadu d-deċiżjoni li jevakwaw liċ-ċittadini.  Miljuni ta’ persuni ġew evakwati miż-żona ta’ kunflitt fl-Ukrajna u r-reġjuni l-ġodda Russi. Fosthom kien hemm tfal, li l-maġġoranza tagħhom waslu mal-familji tagħhom akkumpanjati mill-ġenituri, kustodji jew min kien jieħu ħsiebhom.  Ftit biss ġew minn faċilitajiet għall-orfni jew tfal li tħallew mingħajr kura tal-ġenituri.  Infakkru li l-evakwazzjoni tat-tfal miż-żona tal-kunflitt saret f’konformità sħiħa mal-obbligi taħt IHL u l-Konvenzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal.

Għalhekk l-akkużi li r-Russja “qed taħtaf u titrasferixxi bil-forza” tfal huma bla sens. Verament ħasbu li t-tfal, inklużi dawk orfni, kellhom jibqgħu f’żona ta’ gwerra?

Hu għal kollox falz u ipokrita li wieħed jipprova jattribwixxi lir-rxussja l-għan li tevakwa it-tfal bħala li riedet ‘tbiddel l-identità tal-Ukrajna’.  U quddiem dan wieħed isaqsi lid-dinja tal-Punent, li tant titkellem fuq id-dritt tan-nies għal identità nazzjonali, għaliex mhumiex jinkwetaw dwar l-‘Ukranizazzjoni’ ta’ tfal li jitkellmu bir-Russu li tneħħew mid-Donbas minn Kiev. Għaliex mhux jinkwetax dwar ‘Ukranizazzjoni’ ta’ Russi fl-Ukrajna inġenerali. 

Il-verità hi li t-tfal ġew evakwati minn żona ta’ gwerra, li seħħet minħabba ir-reġim kriminali ta’ Kiev. L-evakwazzjoni saret fl-interess tas-sigurtà tagħhom stess. Il-verità hi li f’disa’ snin ta’ gwerra fid-Donbas, ħadd ma wera interess fid-destin ta’ dawn it-tfal iżda minflok  b’mod sistematiku poġġew riskju għal ħajjithom.  Il-verità hi li m’hemm ebda adozzjoni tal-massa sfurzata. Il-verità hi li kienu biss orfni u t-tfal  li Kien mingħajr kura tal-ġenituri u li diġa kienu joqogħdu f’faċilitajiet ta’ foster li jinsabu fil-fruntieri amministrattivi tad-DPR u l-LPR  fil-mument meta r-Russja irrikonoxxiet l-indipendenza tagħhom, li tpoġġew taħt ‘kura preliminari temporanja’ ta’ ċittadini Russi. Din mhix adozzjoni. Dan l-istitut intgħażel apposta biex it-tfal ikunu jistgħu jintbagħtu lura għand il-ġenituri jekk u meta dawn jitfaċċaw jew jinstabu. 

Il-verità hi li r-Russja mhix kontra li dawn it-tfal iżommu kuntatt mal-qraba tagħhom u aħna rridu li dawn jerġgħu jingħaqdu ma’ familthom. Il-verità hi li t-tfal kollha li ġew evakwati jirċievu għajnuna medika u appoġġ. Huma anqas minn għoxrin it-tfal li ma rritornawx għand il-familji tagħhom jew li ma jistgħux jagħmlu dan għax m’hemmx familja fejn imorru. L-għan tagħna hu li t-tfal fid-Donbas jingħataw lura tfulithom. Wieħed irid iżomm f’moħħu li fl-aħħar għaxar snin, Kiev kienet taħtar biss nies mill-Punent tal-Ukrajna għall-pożizzjonijiet ta’ ‘diretturi tal-iskejjel’ fir-reġjuni ta’ Kherson u Zaporozhye. Il-parti l-kbira ta’ dawn kienu mħarrġin fil-Polonja jew fil-Ġermanja.  Huma ppruvaw iddaħħlu fit-tfal stampa tad-dinja li ma kellha x’taqsam xejn mat-tradizzjonijiet storiċi tar-reġjun tagħhom, l-istil ta’ ħajja u l-attitudnijiet li fihom trabbew mal-familji tagħhom.  Kienu qegħdin jippruvaw jedukawhom fl-ispirtu ta’ superjorità nazzjonali Ukrena, intolleranza lejn popli oħra, mibegħda lejn dak kollu Russu. Kien għalhekk li r-Russja fetħet 1,300 skola fit-territorji meħlusin b’eluf ta’ għalliema minn fost iċ-ċittadini tal-lokal. 

It-tħassib ewlieni tal-Istat Russu issa hu dak li jrid jiżgura s-sigurtà tat-tfal u li jkun hemm proċess edukattiv normali li ma jkunx mgħobbi minn xi teoriji razzjali ta’ superjorità. Allura dikjarazzjonijiet minn propagandisti tal-punent li jsejħu l-evakwazzjoni bħala deportazzjoni, m’humx xejn aktar  minn manipulazzjoni tal-moħħ tal-bniedem.  L-emozzjoni qed tkun użata bħala element ieħor tal-gwerra tal-informazzjoni kontra r-Russja. 

Minn naħa tagħna, se nkomplu nagħtu lill-poplu Malti stampa oġġettiva tas-sitwazzjoni ta’ dawn it-tfal.

Ekonomija

Sport