Friday, April 18, 2025

Il-Veterani Maltin fi klassi għalihom wara rebħa kbira fuq Internacional de Caragena

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-Veterani kienu fi klassi għalihom hekk kif warrbu għal kollox l-isfida ta’ Internacional de Cartagena 7-0 biex rebħu t-Tazza tal-Veterani 2025.

Wara li fl-ewwel taqsima kisbu vantaġġ doppju, il-veterani Maltin kienu aggressivi fit-tieni taqsima hekk kif skurjaw ħames gowls oħra biex issiġillaw ir-rebħa finali.

Jean Pierre Mifsud Triganza kien l-istilla tal-ġurnata hekk kif skorja hat-trick b’Ian Zammit jiskorja darbtejn oħra. Kevin Sammut u Manolito Micallef ukoll taw sehemhom għar-rebħa ta’ Malta bil-gowls tagħhom.

Referee: Trustin Farrugia Cann

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport