Monday, May 13, 2024

Il-Veterani Maltin rebbieħa tat-Trevor Francis Memorial Cup

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-selezzjoni Maltija tal-Veterani taħt it-tmexxija ta’ Joe Micallef rebħet it-Trevor Francis Memorial Cup meta f’logħba internazzjonali li ntlagħbet il-Ħamis f’Amersham huma għelbu lit-tim tal-partitarji Ingliżi bl-iskor ta’ 5-4 wara l-għoti tal-penalties.

Il-Maltin irnexxielhom idawru l-iskor b’rimonta tajba minn 3-1 minn taħt fejn wara li rnexxielhom ġibu l-iskor indaqs sal-ħin regolamentari, bi preċiżjoni rniexxielhom jiskorjaw ħamsa minn ħamsa fl-għoti tal-penalties.

Il-gowls tal-Maltin waslu minn Adam Smeir, Andrew Cohen u Gareth Sciberras. Sean Sullivan laqgħa l-penalty deċiżiv li ra lit-tim Malti joħroġ bl-unuri.

It-tim Malti kien iffurmat minn Mario Muscat, Jeffrey Chetcuti, Brian Said, David Camilleri, Michael Galea, Andrew Cohen, Gareth Sciberras, Jonathan Pearson, Adam Smeir, Jamie Pace, Stephen Wellman. 

Sean Sullivan, Alex Muscat, Malcolm Camilleri, Garrett Magri, Trevor Cilia u Kevin Sammut daħlu bħala sostituti.

Sport