Friday, November 15, 2024

Il-vittmi tal-Uragan Ian jitilgħu għal 80

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni mejta kawża ta’ Uragan Ian issa qabeż it-80. Dan l-uragan ħalla devastazzjoni kbira tant li ġewwa Flordi u l-Carolinas saret ħsara kbira li trid biljuni ta’ dollari biex tissewwa. Apparti hekk, għadd ta’ uffiċjali ta’ dawn l-istati qed jiffaċċjaw kritika dwar ir-rispons tagħhom waqt din il-maltempata. 

Sfortunatament in-numru ta’ vittmi mistenni li jkompli jiżdied hekk kif issa li l-ilma beda jonqos il-ħaddima tas-salvataġġ qed jirnexxielhom jilħqu partijiet li kienu litterament spiċċaw inqatgħu għalihom. Kienu mijiet dawk il-persuni li fl-aħħar sigħat ġew salvati minn qalb it-tifrik tad-djar u binjiet oħra li spiċċaw f’ħerba kawża tal-ilmijiet. 

L-Uragan Ian kien ħakem lill-Kosta tal-Gulf ta’ Florida nhar l-Erbgħa li għaddiet b’qawwa ta’ Kategorija 4. Dan ġab miegħu riħ qawwi ta’ 240 kilometru fis-siegħa. Il-President Joe Biden u martu Jill Biden mistennija li jżuru Florida għada l-Erbgħa.

Ekonomija

Sport