Saturday, May 4, 2024

Il-vjolenza kontra l-mara trid tispiċċa darba għal dejjem

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Bonnici kompla id-diskors tiegħu fil-parlament billi qal li rridu negħlbu l-isfidi li qed iżommu l-mara kontemporanja milli tirnexxi, għall-ġid tas-soċjetà sħiħa kollha kemm hi. “Il-vjolenza kontra l-mara fi kwalunkwe forma tagħha – sew jekk hi fil-forma ta’ hate speech, vjolenza domestika jew traffikar uman – trid tispiċċa darba għal dejjem minn fuq din l-art.”

“Naturalment hemm ukoll irġiel li jsofru minn dan kollu li semmejt, iżda huwa ċar li hemm prevalenza netta ta’ dawn il-fenomeni koroh kontra n-nisa u dan kollu jrid jispiċċa.” 

L-ugwaljanza, żied jgħid il-Ministru Bonnici, tfisser ukoll li tħobb lil min tħobb inti tingħata d-dinjità kollha li ħaqqek. Huwa nnota kif fil-kamp tal-persuni LGBTIQ fl-aħħar snin rajna titjib importanti ħafna, b’liġijiet li huma fost l-aqwa fl-Ewropa u lil hinn. 

Il-Ministru Bonnici qal iżda li rridu wkoll nirbħu l-battalja tal-imħuħ u l-qlub biex il-komunità LGBTIQ, kemm dik Maltija kif ukoll dik barranija f’pajjiżna tara f’Malta art tal-opportunità fejn kulħadd jingħata l-istess opportunità li jirnexxi. 

“Kellna inċidenti ta’ omofobija fi stabbilimenti tad-divertiment u restoranti li juru li bħala pajjiż għad fadal ħafna x’isir biex nibnu monument ieħor ta’ ugwaljanza.  Nidejna linji gwidi għas-servizz pubbliku li jgħinu lill-uffiċjali fil-mod ta’ kif jinteraġġixxu mal-komunità LGBTIQ u se nniedu l-LGBTIQ hub biex minn hemm jingħataw is-servizzi lill-komunità b’mod ċentrali.   Tappa oħra importanti se tkun il-Europride 2023 li se tittella’ f’pajjiżna.”

Sport