Thursday, April 18, 2024

“Inħares ‘il quddiem li nibdew niddiskutu l-abbozz dwar l-użu responsabbli tal-kannabis”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fejn jidħol l-użu responsabbli tal-kannabis, il-Ministru Bonnici qal li fil-preżent hawn għatx ġustifikat, korrett u fondat għal bidla sħiħa. Qal li llum għandna sitwazzjoni fejn persuni responsabbli u serji fil-ħajja tagħhom ikollhom jiksru l-liġi biex jagħmlu użu żgħir ta’ kannabis, jew billi jkabbru l-pjanti illegalment jew billi jixtru l-kannabis mill-black market u mill-kriminalità.

“Irridu naqilbu l-folja u nimplimentaw politika b’saħħitha ta’ harm reduction waqt li nagħtu l-ikbar daqqa li qatt tajna lill-black market f’dan is-settur.  Qatt u f’ebda ħin m’aħna se nħeġġu n-nies jieħdu l-kannabis, anzi se nibqgħu għaddejjin bil-kampanji tagħna ta’ prevenzjoni mill-użu tas-sustanzi u l-vizzji.  Imma l-bidla trid issir u din il-bidla se ssir fl-aħjar interess tas-soċjetà u ta’ min juża l-kannabis b’mod responsabbli,” tenna l-Ministru Bonnici.

“Fl-aħħar ta’ Lulju li għadda kont wegħedt li fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru se nkunu qed nippubblikaw abbozz ta’ liġi li jimplimenta riforma sħiħa. Il-kelma li tajna żammejnieha.  Inħares ‘il quddiem li kif intemmu d-dibattiti dwar il-budget, nibdew niddiskutu minnufih dan l-abbozz mill-ġimgħa d-dieħla stess.”

Diskussjoni oħra importanti hi dik marbuta mal-prostituzzjoni. Hawn il-Ministru Bonnici qal li fil-fehma tiegħu, indipendentement mill-argumenti favur u kontra mudelli dijametrikamenti opposti bħal dawk ta’ l-Iżvezja u n-New Zealand, il-punt kruċjali jibqa’ fuq il-bżonn li niddistingwu bejn min jagħti servizzi ta’ prostituzzjoni għax imġiegħel jew imġiegħlha u dak li jagħzel li jagħti servizzi ta’ prostituzzjoni għax irid jew trid.

Ekonomija

Sport